Filmat: Ma tweġibx jekk l-MPs hux se jiddikjaraw l-assi tas-sieħeb jew sieħba tagħhom

Read in English.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar ma wiġbietx dwar jekk għandhomx ikunu ppubblikati d-dikjarazzjoni tal-assi tas-sieħeb jew is-sieħba tal-membri parlamentari.

Newsbook.com.mt staqsa lil Cutajar jekk kienx hemm pjanijiet li terġa’ tidħol fis-seħħ id-dikjarazzjoni tal-assi tas-sieħeb jew is-sieħba tal-Ministri u s-Segretaji Parlamentari. Cutajar wieġbet li din mhux xi ħaġa li tiddeċidiha hi u din il-kwistjoni għandha tiġi diskussa u wieħed jimxi minn hemm.

Meta mistoqsija għall-opinjoni tagħha dwar dan, Cutajar qalet li l-Gvern iħares ‘il quddiem biex kull miżura ta’ goverananza tajba tiġi implimentata.

Fl-2015 f’Malta d-dikjarazzjoni tal-assi ma baqgħetx obbligatorja. Fl-2017, id-dikjarazzjoni tal-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016 ma tpoġġewx fuq il-mejda tal-Parlament.