Filmat: Ma rridux li nibqgħu nissemmew għall-passaporti u l-korruzzjoni – Casa

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew David Casa qal li trid issir ħidma biex Malta ma tibqax magħrufa għall-bejgħ tal-passaporti u għall-korruzjoni.

F’sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-PE, Casa qal li f’Malta l-ġustizzja u l-libertà għandhom ikunu fuq nett tal-aġenda. Il-kandidat tkellem ukoll dwar l-importanza tal-isħubija ta’ Malta fl-UE peress li tingħata aktar saħħa politika.

Casa tkellem ukoll dwar kif Malta kienet waħda mill-aktar pajjiżi li kellha tranżizzjoni feliċi meta daħlet fis-seħħ il-munita Ewro.

Casa fakkar fil-ħidma tiegħu bħala l-ewwel MEP Malti li kien responsabbli għal direttiva soċjali, dik dwar il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Huwa serva bħala l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-PN fil-PE.

Aktar aħbarijiet mill-kampanja elettorali minn hawn.