Filmat: Ma qablux kif se jkantaw f’X Factor

Hannah Elkekli, Jessica Micallef u Justin Mamo Parnis wasslu waħda mill-kanzunetti l-aktar popolari bħalissa, Shallow.

Jidher li bejniethom ma kienx hemm qbil kompletament dwar kif kienu se jinterpretaw din il-kanzunetta.

Howard b’xi mod intebaħ li mhux kollox kien perfett u wara li staqsa kif ħadmu bejniethom, joħroġ il-verdett tagħhom. Għal Hannah u Jessica jieqaf hawn il-vjaġġ tagħhom f’X Factor, filwaqt li għal Justin il-futur huwa dubjuż.