Filmat: “Ma nixtieqx immut” – Kadeem

Kadeem, tifel li għadda minn operazzjoni serja f’rasu sostna li ma jixtieqx imut. Dan qalu waqt li kien qed jiġi intervistat minn Peppi Azzoppardi qabel il-ġbir ta’ fondi annwali tal-Istrina.

Iċ-ċkejken irrakkonta kif  kien tela’ għall-kura biex joperawh u fetħulu minn għonqu sa rasu f’operazzjoni li damet għaddejja 8 sigħat. Irrakkonta kif it-tobba f’Malta qalulhom li se joperawh u ommu bdiet tibki, iżda hu ma fehemx għaliex bdiet tibki. Sostna li dak iż-żmien lanqas kien jaf xi tfisser operazzjoni. Kadeem spjega li l-operazzjoni setgħet ħallietu għami, jew ma jimxix.

Lil Ġesù inħobbu ħafna

Waqt l-intervista, Kadeem spjega kif lil Ġesù jħobbu ħafna, tant li jħobbu daqs kemm iħobb lil ħutu, lil missieru u lil ommu. Sostna li jħobb lil kulħadd, għalih m’hemmx kuluri. Qabel ma jorqod Kadeem jgħid talba sabiex Ġesù jfejjaq lilu u lil dawk kollha morda madwar id-dinja u jtaffilhom ftit mill-uġieħ.

Għin lil Kadeem u oħrajn waqt L-Istrina, l-għada tal-Milied.