Filmat: “Ma ninsieha qatt” – Żaren tal-Ajkla

Sibtek li jmiss speċjali mimli personalitajiet maltin ❤️#stayhome #staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Monday, May 11, 2020

Waqt Sibtek tal-lum niltaqgħu ma’ ħafna stejjer ta’ kuraġġ fosthom ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-Ħaddiem tas-Sena Ivan Calleja li għadda minn ħafna u xorta baqa’ jħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv u nsegwu l-ġid li għamel u għadu qed jagħmel ma’ ħafna nies.

Niltaqgħu ma’ Marilena Gauci minn ġewwa d-dar tagħha u l-istess iċ-ċkejkna Ella titkellemfuq x’inhi tagħmel mid-dar.

Se jitwassal il-vidjow tal-kamzunetta bl-isem ta’ Goodness of God li l-kantanti Glen Vella, Angela Tricket u Pamela Bezzina irrekordjaw mid-djar rispettivi tagħhom.

Aktar stejjer se jlaggħuna ma’ Joe u Veronica Farrugia, Lorenzo u Rita u l-awtur u produttur Elio Lombardi.

Se naraw l-istorja ta’ Żaren Bonnici magħruf bħala Żaren tal-Ajkla.

Kieku llejla se jsir il-finali tal-Eurovision u għalhekk ghal dawk il-fans kollha waqt Sibtek illum se jsir kwiżż tal-Eurovision.

Sibtek huwa mmexxi minn Ryan Borg u Josmar u jixxandar fuq TVM għall-ħabta ta’ 12.45pm.