Filmat: “Ma nħossx li għandi nċaħħad lil binti milli titgħallem – il-PM

Il-Prim Ministru qal li ma jħossx li għandu jċaħħad lil bintu milli titgħallem. Huwa qal dan fi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija hekk kif din il-ġimgħa l-iskejjel tal-istat u tal-Knisja mistennija jerġgħu jibdew jilqgħu lill-istudenti wara 7 xhur magħluqin.

Saħaq li xejn ma jissosstitwixxi t-tagħlim fiżiku u għalhekk il-ġenituri se jingħataw l-għażla li jiddeċiedu huma jekk jibgħatux lit-tfal tagħhom l-iskola. Sostna li din hija fir-responsabbiltà tal-ġenituri hekk kif tneħħew il-multi li jingħataw lil dawk il-familji li t-tfal tagħhom ma jattendux l-iskola.

Qal li qed jitkellem bħala ġenitur ta’ tifla ta’ 8 snin. Dan filwaqt li qal li d-deċiżjoni tiegħu hija bbażata fuq l-iżvilupp soċjali u akkademiku ta’ bintu.

Mistoqsi  jgħid jekk hux lest li jieħu r-riskju li joqgħod fi kwarantina jekk jitfaċċa każ tal-Covid-19 fil-klassi ta’ bintu, il-PM qal li mhux każ ta’ riskju. Qal li sa issa ħadd ma jaf sa meta se tibqa’ din il-pandemija u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li t-tifla tagħhom tmur għall-iskola.

“Nimxi mad-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa u edukattivi”

Il-Prim Ministru qal li huwa jimxu mad-direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa u edukattivi li bejniethom qal li fasslu l-linji gwidi biex jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Qal li dawn huma linji gwidi “rigorużi u bilanċjati”.

Il-PM ma weġibx jekk il-Gvern għandux biżżejjed għalliema għal din is-sena skolastika. Qal li l-Gvern huwa kommess li l-iskejjel jiftħu biex joffru l-edukazzjoni għall-istudenti.

Filmat: Miguela Xuereb