Filmat: “Ma naqtux qalbna għax għad jasal żmien sabiħ” – Krista Šujak

Krista Šujak - Hope

Happy Easter!I would like to share with you my first published original song #hopeThis song is inspired by the world situation due to COVID 19 and as the name indicates, it's meant to bring hope.I sincerely hope you like it and kindly ask you to share in order spread hope.Lyrics: Krista Šujak Composed: Krista Šujak Piano accompaniment: Krista Šujak Produced: Krista ŠujakSong is available also on Soundcloud<3 KŠ

Posted by Krista Šujak on Sunday, April 12, 2020

Il-kantanta ta’ 12-il sena Krista Šujak fl-aħħar ġranet inspirat ruħha mis-sitwazzjoni tal-COVID-19 biex kitbet il-kanzunetta Hope. Permezz ta’ din il-kanzunetta, Krista tittama twassal messaġġ ta’ tama, sabiex ma naqtgħux qalbna għax għad jasal żmien sabiħ. Mhux biss il-kliem iżda hija ħadet ħsieb ukoll il-mużika u l-produzzjoni tal-kanzunetta.

Krista ilha titharreġ fil-vuċi għal dawn l-aħħar 7 snin. Apparti l-kant hija ddoqq il-pjanu u sa minn Novembru 2019 żammet appuntament ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa fejn ittella’ vidjow fuq facebook u YouTube iddoqq il-pjanu u tkanta cover version.

Ftit xhur ilu Krista, flimkien mal-għalliema tal-kant tagħha Joshua Alamu u Pamela Gaona, bdiet tesperimenta fil-kitba tal-lirika u l-muzika. Hekk kif l-iskejjel għalqu minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID 19, hija kitbet din il-kanzunetta biex b’ekk twassal il-messaġġ tagħha ta’ tama.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn