Filmat: “Ma nafx kif John Mayer ma bagħatlix ittra bl-avukat” – Paul

Għandu 35 sena u jaħdem bħala perit. Għall-auditions daħal bil-kanzunetta Gravity. Paul Cuscchieri ammetta li kien eċċitat meta għamel l-audition iżda ma kienx jaf sa fejn kienet se tieħdu l-vuċi. L-eċċitament tant ħakmu li beda jħawwad il-lirika tal-kanzunetta Gravity li tant iħobb.

“Ma nafx kif John Mayer ma bagħatlix ittra bl-avukat,” kien il-kumment tiegħu.

Fiċ-Chair Challenge daħal b’kanzunetta oriġinali tiegħu. Qal li din hija kanzunetta li jibqa’ jirrelata magħha għal dejjem.

B’din il-wirja huwa kien ħa l-aħħar siġġu li kien hemm qabel ma din il-fażi saret uġigħ ta’ ras għall-ġurija.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com