Filmat: Ma’ liema karattri ta’ F’Ġieħ L-Imħabba tqabbel dawn il-figuri?

Illejla jibda F'ĠIEĦ L-IMĦABBA fid-08.50pm fuq TVM

Il-ftuħ ta' F'ĠIEĦ L-IMĦABBA

Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Monday, September 30, 2019

Fis-sigla ta’ F’Ġieħ l-Imħabba naraw ħafna elementi bħall-Iskorpjun, il-Figura ta’ Mara, l-Inbid, l-Anġlu, Iż-Żiemel, l-Arma jew Lupara, il-Karta tal-Logħob bil-Figura tar-Re. Rewind Productions qalu li ma hemm xejn li qiegħed hemm b’kumbinazzjoni, u forsi biex tidħlu aktar fl-istorja li se tkompli mil-lejla fid-9pm fuq TVM, araw jekk jirnexxielkomx taqtgħu liema karattri qed jissimbolizzaw.

L-Iskorpjun

L-Iskorpjun hija Erminia, għax bil-kalma u bil-ħlewwa tasal tniggżek u toqtlok bil-valenu tagħha.

Francesca Scerri bħala Erminia. Ritratt: Ivan Borg

L-Inbid

L-Inbid hija Elena, għax tfajla ħelwa li taf tħobb u li titjieb mal-medda tas-snin.

Elena. Ritratt: Ivan Borg

Il-Mara

Il-Figura tal-mara hija Conċetta li lesta għal kull sagrifiċċju u lesta tagħti ħajjitha għall-familja tagħha.

Inez Farrugia hija Concetta

L-Arma

L-Arma tirrappreżenta lil Riccardo, għax fejn ma jasalx bil-persważjoni, ma jaħsibiex darbtejn biex jipperswadi biha.

Anthony Borg huwa Riccardo

L-Anġlu

L-Anġlu huwa Sergio li minkejja li l-familja Cuppola firditu minn missieru u ommu, xorta waħda baqa’ jindokra l-interessi tal-familja Cuppola.

Keith Cassar Jackson huwa Sergio

Iż-Żiemel

Iż-Żiemel huwa Salvatore għax ma jaqtax jalbu jaħdem fl-interess tan-negozju u l-familja. Huwa jpoġġi l-interessi ta’ ħaddieħor qabel tiegħu.

Malcolm Ellul huwa Salvatore

Il-Karta tal-Logħob

Il-Karta tal-Logħob bil-figura tar-Re tirrappreżenta lil Giuseppe li jħares lejh innifsu bħala l-kap tal-familja. Ħasra li forsi ma għarafx li fil-logħba tal-bixkla, l-Ass huwa karta aktar b’saħħita mir-Re.

Mario Micallef huwa Ġiuseppe. Ritratt: Ivan Borg

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind Productions.