Filmat: “Ma konniex nafu xi tfisser il-kelma Iż-Żagħka”

Nhar ta’ Tnejn fuq l-istazzjon Net tixxandar is-sensiela Iż-Żagħka u llum se jkun qed jitwassal programm speċjali b’intervista esklussiva ma’ Desier Debono u Melanie-Jo Mangani, l-imħuħ ewlenin wara din is-sensiela televiżiva.

Jiġu żvelati sigrieti u affarijiet oħra li minn quddiem is-sett tat-televiżjoni minn ġewwa d-djar tagħkom, ma tantx tista’ tkun taf dwarhom. 

Dan huwa ċans biex issir taf Iż-Żagħka mill-ġdid u opportunita’ biex taqbad l-istorja mill-bidu. 

Fl-intervista Desier jgħid li“Qatt ma ħsibt li se nerġa’ nikteb. Moħħi kien irrassenjat.” 

Matul dan il-programm se nsiru nafu fatti interessanti.

“Pierre Portelli u Eileen Montesin ġabuni f’sensija u erġajt bdejt nemmen fija nnifsi,” jgħid Desier.

“Melanie kienet miegħi l-ħin kollu. Lanqas għandi fomm biex nirringrazzjahom,” se jkun qed jikkummenta wkoll Desier waqt li jżid “Għall-grazzja t’Alla, għaddejjin bi produzzjoni b’saħħitha aktar minn qatt qabel. Xogħli kultant jinkwetani imma finalment is-sodisfazzjon ikun kbir.”

Iż-Żagħka jixxandar fuq l-istazzjon Net illum it-Tnejn 24 ta’ Frar fid-8.45pm.