Filmat: “Ma konniex nafu jekk il-papà kienx se jsalva”

Yulan Law ta’ 10 snin tħobb il-mużika u l-kant u daħlet fil-Malta’s Got Talent bħala kantanta.

Il-wirja tagħha wasslet biex tlieta mill-membri tal-ġurija qamu jċapċpulha.

Yulan hija bint il-footballer Yao-Mun Law li s-sena l-oħra sofra minn attakk f’qalbu waqt li kien qed jilgħab. It-tifla kantat minn qalbha u b’ħafna passjoni, li impressjonat lill-erba’ membri tal-ġurija li vvutawha għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni tal-Malta’s Got Talent.