Filmat: “Ma, din il-kanzunetta ktibtha għalik” – Fleur

Fleur Balzan, fuq ommha Mary, kif ukoll ħutha meta kienu għadhom żgħar

Il-preżentatriċi tal-programm Wheelspin Fleur Balzan, li wkoll tikteb il-kanzunetti, illum awgurat lil ommha Mary f’għeluq sninha.

Żvelat ukoll li l-kanzunetta Because I Have You li nafuha mill-Malta Eurovision ta-2014 interpretata minn Amber, hija kanzunetta li hija kitbet għal ommha u għal missierha.

Il-ġenituri ta’ Fleur

Din il-kanzunetta kellha mużika ta’ Paul Gordimaina.

Fil-messaġġ tagħha tagħha Fleur iddeskriviet lil ommha bħala l-mara li hija s-saħħa u l-ispirazzjoni tagħha u ta’ ħutha.

Ad multos annos Sinjura Balzan!