Filmat: “M’hawnx pajjiż sabiħ daqs Malta” – Joseph Calleja

It-tenur Malti, Joseph Calleja, ivjaġġa madwar id-dinja kollha, madankollu xorta għadu jemmen li Malta huwa fost l-iktar pajjiżi sbieħ li tista’ ssib fid-dinja.
 
Huwa jgħid dan fl-aktar vidjow riċenti tal-Air Malta, intitolat “Joseph Calleja: There’s no place like Malta”, fejn huwa jiftaħ qalbu dwar l-imħabba li għandu lejn Malta. 
Il-kantant tal-opra li huwa famuż mad-dinja kollha, jitkellem ukoll dwar is-sensazzjoni li jħossu f’daru malli jilmaħ is-salib ta’ Malta fuq ajruplan tal-Air Malta meta jasal f’ajruport barrani.
 
Ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Joseph Calleja bħala t-tenur Malti għamlitu bla dubju ta’ xejn l-aqwa ambaxxatur internazzjonali li l-gżejjer jistgħu joffru. L-identità tiegħu toqgħod perfettament fil-viżjoni u fl-isforzi tad-ditta tal-Air Malta hija u tappoġġja l-promozzjoni tal-gżejjer Maltin barra minn xtutna.