Filmat: “M’hawnx biżżejjed inċentivi biex taħdem fis-social work”

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ ma’ Jareth Mark Grima, social worker u membru fl-eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers (MASW).
Miegħu jitkellem dwar l-isfidi ewlenin tal-ħidma soċjali u jekk hemmx etajiet partikolari li llum qed joffru sfidi ikbar minn qabel. Propju hawn spikkat il-ħidma relatata maż-żgħożija u l-kumplessità tal-ħidma maż-żgħażagħ.
Grima tkellem dwar ir-realitajiet tal-illitteriżmu, l-esklużjoni soċjali u l-użu ta’ sustanzi, fost oħrajn.
Fi kliemu, il-ħidma soċjali hi stressanti ħafna b’realtà li l-ħaddiema fis-settur qed jispiċċaw burnt out possibilment anki minħabba nuqqasijiet fis-sistema u nuqqas ta’ sapport, minbarra theddid u vjolenza li xi kultant isibu fil-ġurnata tax-xogħol tagħhom. 
Waqt li aċċenna għall-importanza ta’ taħriġ akkademikuf l-Università li jeħtieġ ikun iktar relevanti għar-realtajiet tal-lum, Jareth Mark Grima tkellem dwar il-ħtieġa ta’ reviżjoni tad-definizzjoni tal-ħidma soċjali minn kif inhi proposta fir-reviżjoni tal-liġi tal-2004 li bħalissa qegħda fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament.
Iżid li hemm bżonn ukoll ta’ kodiċi tal-etika għas-settur tal-ħidma soċjali.