Lyndsay Pace għadha kif nediet il-kanzunetta ġdida tagħha Fighter bi kliem u mużika ta’ Simon Gribbe u Kevin Borg, flimkien ma’ vidjow mużikali bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Marlon Polidano. Din il-kanzunetta titkellem kontra l-bullying u d-diskriminazzjoni fis-soċjetà.
Il-kanzunetta se tkun disponibbli fuq il-pjattaformi soċjali fil-ġimgħat li ġejjin kif ukoll se tkun qed tindaqq fuq diversi stazzjonijiet tar-radju.
Fost numru ta’ proġetti, Lyndsay bħalissa qed tiffoka fuq l-ewwel album tagħha u tinstab verament ħerqana biex toħroġ iktar materjal oriġinali fuq stil kompletament differenti mis-soltu.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit uffiċjali ta’ Lyndsay u tkunu aġġornati bl-aħħar avvenimenti fil-karriera mużikali tal-kantanta.