Filmat: Lura fuq il-palk wara 25 sena

Lilian Testa ta’ 53 sena minn Żabbar xejn ma impressjonat lil Howard bl-interpretazzjoni tagħha ta’ Woman In Love. Hija kienet tkanta fis-snin l-imgħoddija u pparteċipat f’diversi festivals. Ilha amqtugħa mix-xena mużikali madwar 25 sena u ammettiet li kienet qed tħossha xi ftit stramba li terġa’ titla’ fuq il-palk.

Fuq l-istess passi ta’ Howard imxew ukoll Sarah u Maxine li għafsu l-buttuna “X”. Iżda Ray ħass li ma kellu jħalliha tkanta.

Karattru mill-isbaħ u tbissima mill-isbaħ li però żgur ma kienux biżżejjed biex iwasslu lil Lilian għall-fażi li jmiss.