Filmat: Lukanda li tintuża għall-kwarantina tiġġarraf fiċ-Ċina

Aġġornat 01:46 PM

Read in English.

Lukanda li tintuża bħala kwarantina għal persuni infettati bil-coronavirus fiċ-Ċina ġġarrfet.

Siti internazzjonali qed jirrappurtaw li hemm mas-70 persuna maqbudin qalb it-tiġrif fil-belt Ċiniża ta’ Quanzhou. Sa issa jidher li madwar 32 persuna nħarġu minn qalb it-tiġrif ta’ Xinjia Hotel.

Filmati online juru ħaddiema tal-emerġenza jqallbu bil-ġebel sabiex isibu lill-persuni maqbuda. Għadu mhux magħruf x’kien eżatt li wassal għal dan l-inċident. Dan seħħ għall-ħabta tas-7pm fil-pajjiż, jiġifieri għall-ħabta tas-2pm ta’ waranofsinhar għalina.

Filmat: @ISCResearch via Twitter