Filmat: ll-bini tal-One World Trade Centre f’żewġ minuti

Filmat ippublikat għat-12-il anniversarju mill-attakki tal-11 ta’ Settembru, juri l-konstruzzjoni tal-bini One World Trade Center fuq il-fdalijiet ta’ Ground Zero.

Il-filmat ingħaqad minn mijiet ta’ eluf ta’ cameras imqiegħda fuq is-sit. Il-bini huwa għoli 104 sulari u tlesta f’disa' snin.

Jitqies bħala l-ogħla bini fil-Punent tad-dinja.

Dan it-torri huwa wieħed minn erba’ skyscrapers iddisinjati li jitilgħu fuq is-sit qrib fejn kienu it-Twin Towers. Il-post fejn kienu t-Twin Towers inbidel f’sit ta’ tifkira għall-madwar 3,000 vittma tal-attakk tal-2001.