Filmat: Liverpool rebbieħa tas-Super Cup għar-raba’ darba

Liverpool rebħu s-Super Cup għar-raba’ darba fl-Istorja tagħhom wara li rnexxielhom jirbħu lil Chelsea fil-penalties. Il-logħba li ntlagħbet f’Istanbul spiċċat fi draw ta’ 2-2. Il-logħba kellha tispiċċa bil-penalties. Liverpool skurjaw ħamsa filwaqt li Chelsea skurjaw erbgħa.

Kien il-gowler il-ġdid ta’ Liverpool Adrian, li rnexxielu jsalva l-ballun ta’ Tammy Abraham biex żguraw ir-rebħa.

Kienet logħba missielta fejn Chelsea marru fuq quddiem fis-36 minuta biex wara biss sitt minuti skurja Mane għal Liverpool. Il-logħba baqgħet fi draw u marret għall-ħin barrani fejn Mane reġa’ sab il-lasta u ftit minuti warajh Jorginho skurja penalty għal Chelsea. B’hekk kollox kellu jiġi deċiż fil-penalties.

Filmat: LFCTV