11.09pm
Wara s-sing off bejn Celine u Bloodline saret il-votazzjoni b’Howard, Ira u Ray jivvutaw lil Bloodline filwaqt li Alexandra vvuttat lil Celine.

B’vot wieħed biss, Celine hija t-tieni eliminata fit-tielet live show ta’ X Factor Malta.
10.59
Iż-żewġ parteċipanti li ġew fil-qiegħ tal-klassifika huma Celine u Bloodline. Bejniethom is-sing off

10.57
Karl Schembri huwa l-parteċipant bl-iqas ammont ta’ voti u għalhekk huwa l-ewwel eliminat fit-tielet live show. Celine u Bloodline huma t-tnejn l-oħra bl-inqas ammont ta’ voti u għalhekk dawn it-tnejn imorru għas-sing off.

10.55pm
Jibda jitħabbar ir-riżultat. Il-ħames parteċipanti bil-post tagħhom sigur għar-raba’ live show huma: Yazmin & James, F.A.I.T.H., Justine Shorfid, Kyle u Destiny.
10.27pm
F.A.I.T.H. (50614408) din il-ġimgħa għażlu xi ħaġa differenti. Kanzunetta li huma għażlu biex iqanqlu emozzjoni. Huma interpretaw Man in The Mirror ta’ Michael Jackson.
“Skoprejna l-Jackson 5 il-ġodda?” staqsa Ray waqt li Ira saħqet li bħala grupp jinstemgħu internazzjonali.
Howard qalilhom li l-prestazzjoni tagħhom kienet ta’ “rebbieħa” ta’ din is-sena.
10.19pm
Kyle (50614407) stqarr li wara li l-ġimgħa l-oħra nqalgħu tnejn mill=ħbieb tiegħu kellu bżonn ftit motivazzjoni, u din ħadha mingħand nanntu li dejjem ittih l-enerġija biex jiffoka.
Mill-film ta’ Batman hu wassal il-verżjoni tiegħu ta’ Kiss from A Rose ta’ Seal.
“Prosit Ray talli wassalt lil Kyle mir-room audition s’issa” qalet Ira waqt li Alexandra ikkumplimentat l-għażla tal-kanzunetta li għażel. Howard issuġġerilu biex joqgħd attent għat-tonazzjoni.
“Ftti huma n=nies li jdemmgħuli għajnejja imma dan hu dak li għamilt int,” qallu Ray.
10.04pm
Justine Shorfid (50614406) bil-kanzunetta I Will Always Love You ta’ WHitney Houston mill-film The Bodyguard. Il-wirja tagħha tintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku hekk kif is-sala nfaqgħet f’ċapċipa sħiħa.
Alexandra impressjonata u rrimarkata li dik ma kienitx kanzunetta faċli u ħarġet tajjeb. Howard stqarr li l-vuċi tagħha hi waħda mill-aktar massivi li qatt sema’ f’ħajtu.
Ray ikkummplimentaha li hija “stilla” filwaqt li Ira, imbikkma, qaltilha “bravissima”
9.50pm
Bloodline (50614405) ħarġu tajbin ukoll f’din l-edizzjoni minkejja li jidher li matul il-ġimgħa kienu ffaċċjaw xi diffikultajiet.
“Kontu konsistenti mill-ewwel darba li għaqqadnikom fil-bootcamp,” qal Howard waqt li l-membri l-oħra tal-ġurija jidhru li huma sodisfatti b’dak li huma għamlu kull ġimgħa.
9.42pm
Karl Schembri (50614403) b’Nessun Dorma, kanzunetta li ħaditu lura fl-għeruq tiegħu.
Ira qaltlu li ħadet pjaċir li mexa mal-pariri tagħha tal-ġimgħa l-oħra. Alexandra rrimarkat li dejjem huwa importanti li wieħed jirrifletti f’dak li jkun qed jagħmel. Hija qaltlu li am kienitx kuntenta b’dak li għamel fil-ħmistax ta’ qabel iżda kuntenta bil-prestazzjoni tiegħu tal-lum.
Ray qallu li konvint li kieku Oreste Kirkop għadu ħaj illum kien imur u jgħanqu waħda wara l-wirja li huwa kien għadu kif għamel
9.33pm
Yazmine & James (50614403) b’kanzunetta li huma jqisu bħala speċjali għalihom, Is-silta hija You’re the One That I Want mill-film Grease tal-1978.
Il-koppja li l-ġimgħa l-oħra kienu fil-periklu li jinqalgħu mill-kompetizzjoni intlaqgħu ferm tajjeb bi kliem ta’ tifħir mill-erba’ membri tal-ġurija.
“Kemm jien kbiru bikom” saħaq Howard waqt li Ira spjegat għala l-ġimgħa l-oħra marru għal deadlock biex b’hekk l-għażla tmur f’idejn il-pubbliku.
9.19pm
Celine (50614402) hija t-tieni parteċipanta fit-tielet live show bit-tema Movie Spectacular. Hija interpretat is-silta Wonderful World.
“Kemm jien kuntent li l-ġimgħa l-oħra kellek il-mument tiegħek,” qalilha Howard hekk kif irrimarka li bħas-soltu kellha vuċi tajba.
Ħareġ sew il-fatt li niżlet tajjeb mal-pubbliku u l-ġurija, fosthom Alexandra li kkummentatilha “kemm ninsab kburija bik!”
9.15pm
Destiny (50614401) tiftaħ it-tielet live show b’kanzunetta He Lives In You minn The Lion King. Litteralment faqgħet is-sala bl-interpretazzjoni tagħha.
“Kont ili nistenna dan il-mument,” ikkummenta Howard għall-prestazzjoni tagħha waqt li Ray ikkummenta fuq id-dehra tal-kantanta u Ira irrimarkat li kien emozzjonata.
8.50pm
L-aħħar minuti qabel jibda’ t-tielet live show ta’ X Factor Malta f’xandira diretta mill-MFCC f’Ta’ Qali fuq TVM. Wara l-eliminazzjoni ta’ Jasmine u Dav. Jr illejla se naraw tmienfinalisti jikkompetu bejniethom biex i\ommu posthom. It-tema hija Movie Spectacular.
In-numri tat-televoting huma:
50614401 Destiny
50614402 Celine
50614403 Yazmine & James
50614404 Karl Schembri
50614405 Bloodline
50614406 Justine Shorfid
50614407 Kyle
50614408 F.A.I.T.H.
It-telespettaturi jistgħu jivvutaw darba waħda biss għal kull kantant, iżda jista’ jivvota iżjed minn darba fuq il-kantanti l-oħra.
Il-kanzunetti kollha jinsabu fuq Spotify.