Filmat: “Lin-neputi tiegħi għarraqtlu ħajtu!”

Claudia Mizzi, Lara Azzopardi, Monica Attard u Vince Micallef Pulè f'xena mill-episodju tal-lejla

Wara pawsa ta’ ġimagħtejn minħabba fix-xandir tal-budget, illejla fuq TVM fid-8.50pm se jixxandar ir-raba’ episodju mis-sensiela L-Ispettur b’Mario Micallef fil-parti ewlenija ta’ Salvu Bonnici.

Il-konsegwenzi koroh ta’ għemil l-Ispettur Bonnici ma jinżlux sew mal-familja tiegħu. Anton jipprova jgħin kif jista imma xejn ma jtaffi l-ġlied li jista jwassal ukoll għat-tmiem taż-żwieġ ma’ martu Karmen. 

Il-kuntistabbli Preca jitlob lill-Ispettur Bonnici biex jidħol għalih u jgħinu jsolvi problemi li għandu ma missier Lejla, il-mara tiegħu.

Dawn huma xeni mill-episodju tal-lejla:

EPISODJU 4. IKOMPLI NHAR IT-TNEJN 2 ta' NOVEMBRUPLEASE SHARE

Posted by Spettur _ Spettur Bonnici on Wednesday, October 14, 2020

L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.