Filmat: “Lili m’għandekx għalfejn tigdibli”

F’Ġieħ l-Imħabba jkompli b’puntata oħra llejla hekk kif naraw lil Salvatore imur ikellem lill-ommu Concetta. Dwar xiex irid ikellimha? Għaliex hi tixtieq tkellem lil Sergio u lil Elena?

X’se jgħidulu dwar missieru u x’gidba kien irrakkontalu dwar il-qtil tal-ġenituri tiegħu?

Laura issa qed tħossha aħjar. Iżda x’se tgħidilha lil Ġużi dwar bintha?  Ġużi x’beħsiebha tagħmel?

Min se jmur jara lil Sergio? X’se tgħidlu Elena? Concetta x’se tgħidlu lil Giuseppe? Għalfejn se jinħasad bil-kbir? Lil Sergio x’kien waqagħlu fil-karozza ta’ Nina?

Għaliex Salvatore se jibqa’ b’dak li Concetta tgħid lil Giuseppe?

Emilio x’se jgħidilha lil Ġużi dwar it-trobbija ta’ bintu?

Dan hu dak li ġara fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ l-Imħabba għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind u jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.