Ejja naħdmu għal soċjetà li ma tiddiskrimina kontra ħadd. 🇲🇹Ejja naħdmu għal soċjetà li ma tiddiskrimina kontra ħadd. 🇲🇹
Posted by Rosianne Cutajar on Tuesday, June 9, 2020
Read in English.
Numru ta’ personalitajiet fosthom anke Rosianne Cutajar, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza, ħadu sehem f’filmat kontra r-razziżmu li fih jidhru xeni xokkanti ta’ attakki razzisti.
Il-personalitajiet l-oħra li qed iwasslu l-messaġġ tagħhom f’dan il-filmat jinkludu lir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-X Factor, Destiny Chukunyere, kif ukoll il-preżentatur ta’ 103, Ronald Briffa, il-mudella Sarah Zerafa, il-grupp F.A.I.T.H, id-duo Dan u San, il-ġurnalist Keith Demicoli, u x-xandar Peppi Azzopardi fost oħrajn.