Filmat: Liġi bbażata fuq ix-xjenza – il-PM

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-liġi l-ġdida tal-IVF li sa vot dwarha lbieraħ fil-Parlament hija bbażata fuq ix-xjenza u se tippermetti mijiet ta’ nisa, irġiel, koppji u persuni oħra li jkollhom it-tfal.

Dr Muscat qal li jħossu kburi li issa Malta għandha liġi li ma tiddiskriminax u hija bbażata fuq il-mandat elettorali tal-elezzjoni tal-2017.

Intant l-Għaqda Nisa Laburisti qalet li ilha mill-2015 tikkampanja biex issir din il-liġi. Il-President tal-Għaqda,  Claudette Abela Baldacchino qalet li din il-liġi hija ta’ benefiċċju għas-soċjetà kollha.