Filmat: Liema pajjiżi se jipparteċipaw fil-Giochi Senza Frontiere?

Ilary Blasi. Ritratt: Uffiċju Stampa Mediaset

Jidher li hemm ħafna interess għall-verżjoni l-ġdida tal-logħob fuq it-televiżjoni Giochi Senza Frontiere li mill-ħarifa se tasal lura fuq it-televiżjoni Taljana bl-isem ta’ Euro Games. S’issa d-data li se jibda jixxandar fuq il-Canale 5 hija l-Ħamis 19 ta’ Settembru.

Ilary Blasi. Ritratt: Uffiċju Stampa Mediaset

Ilary Blasi, flimkien ma’ Alvin, se tkun qed tmexxi dan il-programm filwaqt li Jury Chechi, li fl-1996 kien kiseb il-midalja tad-deheb waqt l-Olimpjadi li saru f’Atlanta, hu kkonfermat li se jkun il-ġurat ewlieni waqt dawn il-logħob.

L-eks ġinnasta li rajnieh fi programmi bħal Amici di Maria De Filippi fl-2014, kif ukoll fit-talent show Si Può Fare mmexxi fuq Rai Uno fl-2015, se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni permezz ta’ dan il-programm.

Iżda x’inhu programm bħal Giochi Senza Frontiere, jew issa kif se jkun magħruf bħala Euro Games, mingħajr is-sehem ta’ bosta pajjiżi?

Il-filming ta’ dawn il-logħob diġà beda f’Cinecittà World u l-pajjiżi parteċipanti qed jingħad li huma l-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Russja u Spanja.