Filmat: Li tgħin lil ħaddieħor tkun qiegħed tgħin lilek innifsek – L-Isqof Teuma

30 siegħa maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Posted by 103 on Wednesday, December 30, 2020

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma enfasizza li meta tgħin lill-ħaddieħor tkun qed tgħin lilek innifsek. Teuma pparteċipa fil-maratona ta’ 30 siegħa fuq 103FM Malta’s Heart b’risq id-Dar tal-Providenza.

L-Isqof Teuma ddiskriva d-Dar tal-Providenza bħala l-iktar post qaddis f’din il-gżira peress li l-preżenza ta’ Alla hija evidenti. Huwa semma li flimkien ma’ grupp ta’ Għawdxin kien jinżel Malta biex jagħmlu volontarjat f’din id-dar u enfasizza dawn l-esperjenzi kienu jeħduhom magħhom id-dar.

Meta mistoqsi dwar it-tama tiegħu għall-2021, l-Isqof qal li t-tama tiegħu hija li n-nies ikunu iktar qrib ta’ Ġesù u żied li iktar mad-dinja tkun taf lil Ġesù iktar nkunu kuntenti.

Iktar kmieni waqt din il-maratonaFr Martin Micallef f’kollegament online spjega l-bidu tat twaqqif tad-dar tal-Providenza.

Kif tista’ tgħin din is-sena?

  • Segwi 103 Malta’s Heart minn għada l-Erbgħa fis-6am sa 12pm tal-Ħamis, 31 ta’ Diċembru
  • Segwina LIVE billi tagħfas hawn
  • Agħti donazzjoni billi tagħfas hawn
  • Ċempel fuq 5160 2012 biex tagħti donazzjoni ta’ €10 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5180 2014 biex tagħti donazzjoni ta’ €25 (VO 1066)
  • Ċempel fuq 5190 2085 biex tagħti donazzjoni ta’ €50 (VO 1066)
  • Ibgħat SMS fuq 5061 8922 biex tagħti donazzjoni ta’ €7 (VO 1066)