Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Giovann Tabone u l-preżentatriċi u attriċi Antonella Galea Loffreda .
Il-qari tal-ġurnata
F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.
Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.”
Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.”
U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
The Hand-Book
Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.
Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.