Filmat: Lesti li nimxu flimkien għan-normalità ġdida?

Normalita Ġdida - JAMM Band

Ħsieb u silta żgħira mill-kanzunetta finalista NORMALITÀ ĠDIDA – JAMM Band (Mark Cachia)

Posted by L-Għanja Tal-Poplu on Thursday, August 20, 2020

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru se tittella’ l-44 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu f’xandira diretta fuq TVM.  Il-mistieden speċjali ta’ dan il-festival se jkun Philip Vella li rebaħ il-festival tas-sena li għaddiet. Il-preżentaturi tal-festival huma l-aħwa Dorothy u Gianluca Bezzina.

Kuljum f’dan l-ispazju se ssibu tagħrif fuq kull kanzunetta parteċipanta.

Kanzunetta: Normalita Ġdida

Kantanti: Jamm Band

Kliem u mużika: Mark Cachia

Il-kanzunetta tittratta s-sitwazzjonijiet tal-ħajja moderna fejn tqabbel kif konna ngħixu ftit xhur ilu man-normalità ġdida li qegħdin ngħixu llum. Il-messaġġ ewlieni tal-kanzunetta hu wieħed ta pożittività sabiex naċċettaw din ir-realtà li qegħdin ngħixu fiha b’sens ta’ impenn u tama iżda b’laqta umoristika wkoll. Fil-kanzunetta jispikka l-kuntrast bejn il-ħajja ta’ kuljum li konna mdorrijin fiha mar-realtà inkonvenjenti li qegħdin ngħixu f’dawn iż-żminijiet. Lesti li nimxu flimkien għal din in-normalità ġdida?

Jamm Band. Ritratt: Joseph Agius Attard

JAMM Band hija band versatili bbażata prinċiparjament il-Mellieħa. Ġiet iffurmata f’Marzu tal-2009 u fetħet bil-kunċert Canzoni vs. Songs li ttella’ fit-teatru Grieg ta’ Ta’ Qali. Minn dakinhar, il-band ħadet sehem f’diversi kunċerti fosthom kunċert ġo Adenau (il-Ġermanja) fejn JAMM Band kienet mistiedna għal heimat fest.   J

JAMM Band ħarġet diversi kanzunetti, fosthom Rigal Kbir Għal Kulħadd kif ukoll On D Road.  Fl-2018, JAMM Band rebħet il-premju għall-aħjar kantawtur, bil-kanzunetta Ħadd Ma Jaf Xi Jrid fil-festival L-Għanja tal-Poplu.

L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency. L-Għanja tal-Poplu 2020 qed jittella’ b’differenza biex nimxu mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.