Filmat: Leħni għajta fid-deżert?

Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistieden ta’ George Cassar huwa Mons. Joseph Galea Curmi.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom.

Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”. U hu wieġeb kif qal il-profeta Iżaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.