Filmat: Laura dwar xiex se twissi lil Emilio?

Aktar intriċċi llejla fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba fuq TVM fid-8.50pm.

Aaron Fenech u Victoria Privitera. Ritratt: Ivan Borg

Ġużi titkellem ma’ missierha Fredu. X’se jgħidilha dwar Riccardo Fuentes? X’ġara bejn Erminia u Riccardo? Sergio jitlob lil Salvatore jkellem lill-missieru… imma dwar xiex?

Ritratt: Ivan Borg

Ġużeppe jibgħat għal Riccardo għaliex xtaq iqabbdu biċċa xogħol. Xi jrid li ma jsitax jagħmel hu? Ġużeppe jkellem lil Sergio dwar Elena… X’qallu?

Karla tbus lil Sergio… x’se jiġri? X’se jgħidilha?

Ritratt: Ivan Borg

Laura twissi lil Emilio li Erminia kienet se tkisser in-negozju u għalhekk ittih parir biex ikeċċieha. Iżda x’se jweġibha hu? U x’se jiġrilu?

Dan hu dak li seħħ fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra.

F’Ġieħ l-Imħabba għandha kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.