Filmat: “La qiegħed f’X Factor nixtieq ngħaddi”

Mark Morales, ta’ 33 sena, għadu fil-kompetizzjoni u llum se naraw x’se jkun id-destin tiegħu. Għandu karattru interessanti u mill-wirja tal-lum nistgħu naraw li qiegħed jieħu l-kompetizzjoni aktar bis-serjetà għalkemm sostna wkoll li la qiegħed hemm jixtieq jgħaddi wkoll.

Il-karattru ta’ Morales ikompli joħroġ, hekk kif qal ukoll li minkejja dan jipprova ma jagħmilx ħafna pressjoni fuqu nnifsu għax jirraġuna li jiġri x’jiġri, “kollox jgħaddi”.

“Ton interessanti,” kkummentatlu Alexandra.

Morales temm jgħid li għall-wirja tiegħu llum kien aktar rilassat u ma jkun ġara xejn jekk wara llum ma jibqax għaddej f’din il-kompetizzjoni.