Filmat: L-Unjoni Ewropea tapprova €130 miljun għal ilma aħjar f’Malta

L-Unjoni Ewropea tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tkun tista’ taġġorna u ttejjeb is-servizzi tat-tisfija tal-ilma. Dan se jiġi jiswa mal-€130 miljun.

F’attività li saret f’Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex il-Kap Eżekuttiv Richard Bilocca ta d-dettalji tal-proġett quddiem il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella, il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.

Bilocca spjega li l-impjant ta’ Ħondoq se jservi bħala Reverse Osmosis ġdid u f’kull eventwalità jista’ jippompja l-ilma lejn Malta.