Filmat: L-Università ta’ Oxford b’tilqima li tiġġieled il-coronavirus

Read in English.

L-istudju fuq dan il-vaċċin involva 1,077 persuna li ħadu t-tilqima. Mill-ewwel riżultati jidher li dawn il-persuni żviluppaw antibodies u T-cells li permezz tagħhom il-ġisem ikun jista’ jiġġieled il-coronavirus.

Il-BBC qed jirrapporta li dawn ir-riżultati jagħtu kuraġġ lir-riċerkaturi iżda għadhom il-bogħod milli tibda ssir il-produzzjoni għall-massa minn dan il-vaċċin. Il-Ingilterra diġà ordnat 100 miljun doża tal-vaċċin.

Il-vaċċin ingħata l-isem ta’ ChAdOx1 nCoV-19 u huwa rrappurtat li qed jiġi żviluppat f’terminu ta’ żmien rekord. Ġie spjegat li l-vaċċin jixbaħ il-coronavirus u s-sistema immunitarja tal-bniedem tkun kapaċi titgħallem kif tattakkah.