Filmat: “L-UE trid taħdem biex kulħadd ikollu biex isaħħan u jiffriska d-dar”

L-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli sostniet li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem b’mod deċiżiv biex ittemm is-sitwazzjoni ta' dawk li f’pajjiżi differenti m'għandhomx il-finanzi meħtieġa, biex imqar isaħħnu jew jiffriskaw id-djar tagħhom.
Waqt li kienet qed tindirizza l-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Enerġija, Miriam Dalli qalet li l-Unjoni Ewropea għandha sfida quddiemha dik li toffri enerġija sigura, li ttejjeb il-ħajja tal-familji u toffri ambjent aħjar.
Żiedet tgħid li din l-istrateġija għandha effett dirett fuq il-ħajja tal-konsumaturi kollha madwar l-Ewropa, inkluż f’Malta.
Miriam Dalli qalet li “roħs fil-prezz tad-dawl iwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar u tkabbir ekonomiku.”
Indirizzat ukoll direttament il-problemi ta’ pajjiżi maqtugħa minn netwerks Ewropej tal-energija bħal Malta. Spjega li filwaqt li fl-aħħar xhur is-sitwazzjoni bdiet titbiddel hekk kif Malta ngħaqdet mal-interconnector tal-elettriku, sal-lum għadha mingħajr aċċess għall-grid Ewropea tal-gass.