Filmat: L-UE se tieħu azzjoni kontra Malta minħabba l-bejgħ tal-passaporti

Read in English.

L-Unjoni Ewopea mistennija li għada tieħu azzjoni kontra Malta u Ċipru minħabba l-programmi li permezz tagħhom qed ibiegħu ċ-ċittadinanza Maltija u Ewropea.

Dan ikkonfermah il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovičmeta f’konferenza tal-aħbarijiet kien qed jagħti d-dettalji ta’ dak li ġie deċiż mill-kulleġġ tal-Kummissarji mmexxi mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Il-kritiċi tal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment jgħidu li l-programm huwa aktar ta’ “passaport tad-deheb” għall-kriminali biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea bla xkiel.

Il-proċeduri Ewropej magħrufa bħala “infrindgement procedures” mistennija li jibdew għada t-Tlieta.

F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, il-Kummissarju Ewropew Vera Jourova kienet żvelat għall-ewwel darba l-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea biex tirregola dawn l-iskema kemm f’Malta kif ukoll f’Ċipru.

Il-Pulizija f’Malta qed tinvestiga liċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri fuq allegat kickbacks mill-iskema ta’ bejgħ tal-passaporti.