Filmat: “L-udjenza tkellmet”

Kienet toħlom li xi darba tkanta fuq il-palk ta’ X Factor u din il-ħolma issa saret realta għal Justin Shorfid, il-parteċipanta ta’ 16-il sena li llejla għalqet l-ewwel parti tar-raba’ live show ta’ X Factor Malta.

“L-udjenza tkellmet” qaltilha Alexandra Alden b’riferenza għar-rispons min-naħa tal-pubbliku għall-interpretazzjoni tag]ha ta’ A Natural Woman, kanzunetta fuq stil soul li oriġinarjament nafuha minn Aretha Franklin.

Ray Mercieca semma’ l-fatt li għandha talent inkredibbli filwaqt li għal Howard Keith, Justine Shorfid hija artista kompluta.

“L-ikbar storja ta’ suċċess f’X Factor,” qaltilha Ira Losco hekk kif irrimarkat kif Justine ġiet minn imkien u mpressjonat bil-kbir.

In-numru tat-televoting abbinat ma’ Justin hu 50614406.