Filmat: “L-Oppożizzjoni u l-President qed iwettqu l-obbligi, sta għall-PL”

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni u l-President George Vella qed iwettqu l-obbligi kollha tagħhom skont kif titlob il-Kostituzzjoni. Qal iżda li issa sta għall-Membri Parlamentari Laburisti biex ineħħu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru.

Huwa qal dan f’messaġġ li xxandar mill-Partit Nazzjonalista fil-ġurnata li fiha ltaqa’ mal-President u dritt wara tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Fisser li l-Membri Parlamentari Laburisti qed jabbdikaw mir-responsabbiltà politika u stqarr li minn issa qed jgħabbihom bir-responsabbiltà kostituzzjonali tagħhom.

Temm jgħid li għall-Partit Nazzjonalista “l-ewwel Malta”.

Fi stqarrija llum waranofsinhar, il-President George Vella qal li huwa m’għandux setgħa jneħħi lill-Prim Ministru Joseph Muscat mill-kariga, ladarba dan igawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.