Filmat: L-Olandiżi jilqgħu l-vittmi tal-MH17

Mijiet ta' Olandiżi nġabru fit-toroq biex isellmu lill-vittmi tat-titjira MH17 waqt li kienu qed jiġu trasportati mill-ajruport għal istitut forensiku.
L-isplużjoni tal-ajruplan tal-Malaysia Airlines seħħet eżatt ġimgħa ilu u fiha tilfu ħajjithom 298 persuna. 
Ir-Russja qed tkun akkużata bil-kraxx tal-ajruplan, tant li ġiet ikkundanata minn diversi mexxejja internazzjonali, fosthom il-Prim Ministru Ingliż u s-Segretarju tal-Istat Amerikan.