Filmat: “L-LSEs jagħmlu xogħol tajjeb imma bżonn bidla totali fis-sistema”

Read in English.

It-tifel ta’ Michelle De Maria, Sam, twieled b’Down Syndrome. Illum, għandu 8 snin. L-iskola għandu l-ħbieb u jidħol mat-tfal tal-klassi tiegħu għal kull suġġett ħlief għall-Matematika.

Waqt il-lezzjonijiet ikollu l-għajnuna ta’ LSE.

De Maria qalet li kien iddispjaċiha li Sam ma jidħolx għal-lezzjonijiet tal-Matematika imma jagħmilhom mal-LSE, peress li hi u r-raġel tagħha Jeremy jemmnu ħafna fl-inklussività.

“Fil-Maths, it-tifel tant waqa’ lura li kien ikun impossibbli li jkompli mal-klassi,” sosniet de Maria, “Ikun hemm sitwazzjonijiet fejn l-LSEs – u jkunu well-meaning ħafna u vera jixtiqulu l-ġid it-tifel – imma ma jkollhomx l-esperjenza u lanqas it-taħriġ meħtieġ biex ikunu jafu x’għandu bżonn.”

Filmat: Miguela Xuereb

Muntaġġ: Coryse Borg