Filmat: L-Italja thedded li tissospendi l-fondi tal-UE

Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio qal li nhar il-Ħamis il-partit tiegħu se jivvota biex jissospendi l-fondi lill-Unjoni Ewropea tas-sena d-dieħla sakemm ma jkunx hemm pajjiżi oħra li jaċċettaw li jieħdu ftit mill-immigranti li għadhom fuq il-bastiment tal-gwardjani kostali fi Sqallija.

Tlett ijiem wara li l-bastiment tal-gwardjani tal-kosta Taljan, Diciotti, daħal f’Katanja, 150 immigrant adult għadhom ma żbarkawx. Wara li aċċettat mijiet t’eluf t’immigranti f’dawn l-aħħar snin, l-Italja trid li pajjiżi oħra tal-UE jagħmlu l-parti tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea din il-ġimgħa qalet kontinwament li qed taħdem biex issib ftehim. Ftehim oħrajn bħal dan saru f’Ġunju u f’Lulju għal vapuri b’immigranti salvati kemm fl-Italja kif ukoll f’Malta.

“Jekk għada ma joħroġx l-ebda ftehim mill-laqgħa tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-ridistribuzzjoni tal-immigranti mill-vapur Diciotti, il-5-Star u jien mhux se nkunu lesti li nagħtu 20 biljun ewro kull sena lill-UE”, qal Di Maio f’filmat fuq Facebook.

Aqra iktar hawn.