Filmat: “L-istudenti tiegħi huma familja” – Warren

Warren Bonello mhux nieqes mill-esperjenza fuq il-palk f’Malta u barra u snin ilu akkumpanja lil Sarah Harrison waqt il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Junior Eurovision Song Contest u fis-snin ta’ wara lil Kurt Calleja meta rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision bil-kanzunetta This Is The Night.

Għalliem u korjografu taż-żfin b’mod professjonali, Bonello qal li aktar ma tikbet aktar tibda tħossok insigur. Dan b’kuntrast għall-fatt li jinkuraġixxi ħafna lil-istudenti tiegħu biex jemmnu aktar fihom infushom.

Warren iddedika din il-wirja għal Rebecca, tfajla studenta tiegħu li għandha l-kanċer u qiegħda tieħu trattament.

“Inqis lill-istudenti tiegħi bħala familja,” ikkummenta Warren li wara l-votazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija, għadda wkoll għall-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent.