Filmat: L-istudenti tal-MCAST jitgħallmu aktar dwar il-bajd

Grupp ta’ studenti mill-MCAST żaru fabbrika lokali biex jaraw u jesperjenzaw il-produzzjoni tal-bajd.

Il-Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Agrikoltura, Akwakultura u Xjenzi tal-Annimali Malcolm Borg f’post fuq Facebook kiteb li dan kien parti minn proġett biex l-istudenti jkunu jistgħu jifhmu aktar ix-xogħol, ir-rutina u x’tip ta’ deċiżjonijiet jittieħdu kuljum f’dan il-qasam.