Filmat: L-istess tifla tagħmilha għat-tieni darba!

Jum speċjali għal bosta, b’mod partikolari għal din it-tifla li ġġebbdet biex tagħti tgħanniqa lill-Papa Franġisku.
It-tifla tellgħet l-offerti flimkien mal-familja tagħha, waqt il-Quddiesa tal-Għeluq tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Campus Misericordiae fil-Polonja.
Wara li bisitlu jdejh, talbet lill-Papa biex jgħannaqha.
F'okkażjoni oħra, it-tifla tidher qed tneħħi l-karlotta ta' Arċisqof.
F’ritratt li nġibed hi u tielgħa għall-offertorju, it-tifla tidher tħares ‘l isfel.
Tgħid kienet qed taħseb fit-tgħanniqa li kienet se tagħti lil Franġisku?