Filmat: L-Istati Uniti jitfgħu l-akbar bomba fuq l-ISIS

L-armata tal-Istati Uniti waddbet l-ikbar bomba li għandu fuq l-Afghanistan.
Din l-aħbar kienet approvata minn erba’ uffiċjali tal-armata tal-Istati Uniti, li kienu involuti direttament fil-missjoni.
Il-bomba twaddbet fis-7pm.
Rapporti tal-midja internazzjonali qalu li fil-mira tal-attakk kien hemm il-passaġġi taħt l-art li jintużaw mill-ISIS.
L-armata għadha trid tikkonferma l-ammont ta’ ħsara u l-livell ta’ suċċess li dan l-attakk kellu, fil-ġlieda kontra l-grupp terroristiku.
Din hi l-ewwel darba li l-pajjiż uża l-bomba tat-tip GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomba (MOAB).
MOAB ġiet żviluppata waqt il-gwerra tal-Iraq u hi meqjusa bħala l-ikbar bomba mhux nukleari li għandhom l-Istati Uniti.