L-istaġun tal-festi llum fetaħ b’dehra kemxejn differenti minn tas-soltu, minħabba l-liġijiet ta’ tbegħid soċjali fis-seħħ għall-kontroll tal-imxija tal-coronavirus. Iil-pandemija ma rnexxilhiex twaqqaf lil bosta Maltin milli jsibu mod kif jiċċelebraw xorta waħda.
Il-festa ta’ San Ġorġ illum ġiet iċċelebrata b’modi differenti. Mod li ċertament spikka fit-toroq Maltin kien il-purċissjoni li saret bl-istatwa ġo karozza ddur it-toroq, b’għadd ta’ karozzi jduru warajha.
Ma naqasx id-daqq u l-briju sinonimi mal-festi Maltin.
Din il-purċissjoni kienet l-aħħar ħaġa fil-lista t’affarijiet li l-Maltin tgħallmu jagħmlu b’mod differenti, peress li wħud saru anke jitolbu u jiċċelebraw flimkien mingħajr ma jkunu viċin ħafna ta’ xulxin. Dan l-avveniment partikolari kien organizzat mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.