Filmat: L-istaff tal-ajruport jilqa’ t-tim ta’ New Zealand biż-żifna tal-haka

It-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby wasal lura New Zealand għal merħba partikolari.
L-istaff tal-ajruport laqgħu t-tim biż-żifna tradizzjonali tal-haka.
Dawk li jġorru l-bagalji flimkien ma’ ħaddiema oħra tal-ajruport inġabru ħdejn l-ajruplan tat-tim rebbieħ u bdewlhom iċ-ċelebrazzjonijiet bil-kbir.
Il-haka hi deskritta bħala għajta ta’ gwerra, żifna jew sfida li ssir fi grupp b’ċaqlieq qawwi u b’tisbit tas-saqajn li jkun akkumpanjat minn għajjat ritmiku.
Nhar is-Sibt it-tim ta’ New Zealand rebaħ it-Tazza tad-Dinja b’34-17 kontra l-Awstralja.