Filmat: L-Isqof Teuma jxebbah il-ħidma fl-isptar mal-Kalvarju

Gozo bishop Mons. Anton Teuma celebrating a thanksgiving mass for all healthcare workers at Mater Dei Hospital.

Gozo bishop Mons. Anton Teuma celebrating a thanksgiving mass for all healthcare workers at Mater Dei Hospital.

Posted by Mater Dei Hospital on Wednesday, September 30, 2020

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma xebbah il-ħidma fl-isptar mal-għolja tal-Kalvarju fi żjara li għamel fl-Isptar Mater Dei, li saret fuq stedina tal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Iż-żjara saret bil-għan li tagħmel kuraġġ lit-tobba, l-infermiera u l-ħaddiema oħra tal-isptarijiet fi żmien iebes immarkat mill-pandemija tal-Covid-19. Fl-istess waqt, l-Isqof Teuma xtaq ukoll ikun qrib il-morda u jwassal messaġġ ta’ tama u fiduċja, kemm fil-ħila umana kif ukoll fl-imħabba ta’ Alla fil-proċess ta’ kura u fejqan.

L-Isqof għamel it-tixbiħ mal-għolja tal-Kalvarju f’quddiesa li ċċelebra fil-Kappella tal-Isptar, fejn kien assistit mill-Kappillani tal-isptar, Patri Bertrand Vella u Patri Mario Attard, Kapuċċini. Hu fakkar li fuq il-Kalvarju, Ġesù Kristu tana mħabbtu, u hekk ukoll kienu qed jagħlu l-ħaddiema tal-isptar meta joffru s-servizz tagħhom lill-morda. L-imħabba tagħhom tissaraf f’kura, dedikazzjoni, paċenzja u attenzjoni, żied jgħid l-Isqof Teuma.

Fi tmiem il-quddiesa, l-Isqof iltaqa’ ma’ wħud mill-ħaddiema li kienu preżenti, fosthom numru ta’ Għawdxin li jaħdmu Mater Dei.

Wara dan, il-ministru Fearne akkumpanjah fuq żjara privata f’numru ta’ swali fejn sellmu lill-istaff u l-pazjenti.