Filmat: L-Isqof ta’ Għawdex b’sorpriża mill-Juventus Club f’Malta

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma ġie rregalat b’gear uffiċjali tal-Juventus u b’tessera mal-Juventus Club Vero Amore.

Din l-inizjattiva ta’ Newsbook.com.mt ġie ppreżentata lil Dun Anton Teuma f’sorpriża waqt il-programm speċjali li xxandar fuq 103 Malta’s Heart, lejlet il-Konsagrazzjoni Episkopali tiegħu bħala l-Isqof ta’ Għawdex.

Is-Segretarju tal-Juventus Club ta’ Malta Joe Shields ġie mistieden fl-istudios ta’ 103 Malta’s Heart fil-programm li kien ippreżentat minn Fr Joe Borg u Sylvana Debono. Huwa qal li minn dak li sema fuq Dun Anton seta’ jgħid li huwa ta’ ġieħ li se jilħaq Isqof. Huwa awguralu l-ħidma t-tajba.

Dun Anton huwa sapporter kbir tal-Juventus.