Filmat: L-Isqof il-ġdid bi stedina għas-Sibt

L-Isqof il-ġdid, Mons Joe Galea-Curmi qed jistieden lill-pubbliku għall-ordinazzjoni episkopali tiegħu bħala Isqof Awżiljarju, nhar is-Sibt li ġej fis-7pm fil-Katidral tal-Imdina.

Fil-filmat waqt il-provi għal din l-ordinazzjoni, Mons Galea-Curmi jgħid li qed jersaq lejn dan il-jum b’ħafna talb, filwaqt li f’moħħu u f’qalbu jinsabu għaddejjin ħafna ħsibijiet.

Appella lill-pubbliku biex jingħaqad miegħu fit-talb sabiex Alla jimlih bil-qawwa tal-ispirtu tiegħu biex jaqdi l-missjoni tiegħu bħala Isqof Awżiljarju ta’ Malta.

Il-programm tal-ordinazzjoni jinsab hawn.