Filmat: L-Isqof Elett Galea-Curmi jitkellem dwar familtu

L-Isqof Elett Joseph Galea-Curmi qal li fil-familja mżewqa politikament li ġej minnha, huwa tgħallem dejjem jaħdem għal dak li hu sew imma fl-istess ħin jibża’ għal u jirrispetta lin-nies.

Fl-ewwel parti minn intervista twila li Mons. Galea-Curmi ta lil Fr Joe Borg għal Newsbook.com.mt, huwa jitkellem l-aktar dwar il-familja tiegħu:

  • Isemmi l-preċiżjoni ta’ missieru Paul, deskritt bħala impjegat taċ-ċivil ta’ ġenerazzjoni li għaddiet;
  • il-ġenerożità ta’ ommu Josette, li dejjem ħadmet biex tgħin lill-batut. Kieku kienet ħajja probabbli kienet tgħidlu “illum l-anqas kap tan-nemel ma jaqbillek tkun”;
  • Ir-relazzjoni mal-parrinu u ziju tiegħu l-eks Prim Ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici waqt il-kriżi tal-iskejjel tal-Knisja;
  • Għaliex għażel l-4 ta’ Awwissu għall-ordinazzjoni tiegħu bħala Isqof.